Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2014 – Biscuits Poult vs UASI – Banketbakkerij Merba (Biscuit)

(Kawża T-494/12) 1

[(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta gallettina maqsuma – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biscuits Poult SAS (Montauban, Franza) (rappreżentant: C. Chapoullié, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Banketbakkerij Merba BV (Oosterhout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Abello, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 914/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Banketbakkerij Merba BV u l-Biscuits Poult SAS.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Biscuits Poult SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u mill-Banketbakkerij Merba BV.