Language of document : ECLI:EU:T:2014:423





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 — European Drinks vs UASI – Alexandrion Grup Romania (Dracula Bite u DRACULA BITE)

(Kawżi T‑495/12 sa T‑497/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Dracula Bite u DRACULA BITE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Dracula — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 24-28)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ħtieġa ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), u Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 29)

4.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu tat-trade mark f’forma li hija differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), u Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 30)

Suġġett

Tliet rikorsi ppreżentati kontra tliet deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 680/2011-4, R 682/2011-4 u R 679/2011-4), dwar tliet proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn European Drinks SA u SC Alexandrion Grup Romania Srl.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑495/12, T‑496/12 u T‑497/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

European Drinks SA hija kkundannata għall-ispejjeż.