Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2013 - Nath Kalsi vs UASI - American Clothing Associates (RIDGE WOOD)

(Kawża T-80/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RIDGE WOOD - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti River Woods North-Eastern Suppliers - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi (Agra, l-Indja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: American Clothing Associates (Evergem, il-Belġju) (rappreżentant: C. De Keersmaeker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Novembru 2010 (Każ R 599/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, American Clothing Associates u, min-naħa l-oħra, Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-19 ta' Novembru 2010 (Każ R 599/2010-1), hija annullata inkwantu hija tirrigwarda l-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 24 ikkonċernati mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u s-servizzi "ipproċessar u rfinar ta' ġlud, ġilda, ferijiet u tessuti" li jaqgħu taħt il-klassi 40 u koperti mit-trade mark preċedenti Nru 2785459.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi, kif ukoll l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħom.

American Clothing Associates għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 103, 02.04.2011