Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2024 – Asociación Petón do Lobo vs Dirección Xeral de Planificación Enerxética Recursos Naturais

(Kawża C-216/24, Asociación Petón do Lobo)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Asociación Petón do Lobo

Konvenut: Xeral de Planificación Enerxética e Recursos Naturais [de la Vicepresidencia Primeira e Consellería de Economía, Empresa e Innovación de la Comunidad Autónoma de Galicia]

Partijiet oħra: Eurus Desarrollo Renovables, S.L.U., EGA- Asociación Eólica de Galicia

Domandi preliminari

X’inhu s-sinjifikat tal-espressjoni “ir-rapporti u l-pariri prinċipali” li jagħmel riferiment għaliha l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent 1 ?

Ir-rapporti li jagħmel riferiment għalihom l-Artikolu 37(2) tal-Ley 21/2013 (il-Liġi 21/2013), li għandhom jiġu mitluba mill-korp li għandu kompetenza materjali, huma dawk imsemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/92?

L-Artikoli 36, 37 u 38 tal-Ley estatal 21/2013 (il-Liġi tal-Istat 21/2013) u l-Artikoli 33 u 34 tal-Ley autonómica gallega (il-Liġi tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia 8/2009) huma kuntrarji għar-rekwiżit impost mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/92 li jikkonsisti f’li jiġi żgurat li r-rapporti settorjali prinċipali li kienu nħarġu jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kkonċernat, sabiex ikun jista’ jeżerċita d-dritt li jagħtih il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, li jgħid li huwa jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u jipparteċipa, f’terminu ta’ mhux inqas minn 30 jum, fil-proċess deċiżjonali dwar it-talba għal awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni?

____________

1     ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.