Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2013 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI OHIM – Belron Hungary (United Autoglas)

(Kawża T-297/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Belron Hungary Kft – Zug Branch (Zug, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata magħmula mill-intervenjenti għalfl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “United Autoglas”;

tikkundanna lill-UASI jħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-intervenjenti tħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “United Autoglas” for għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 12 u 37 – Rreġistrazzjoni għal tat-trade mark Komunitarja Nru 6  025  498

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet fir-Renju Unit u l-Polonja, tat-trade marks figurattivi li fihom l-element verbali “AUTOGLASS” u trade marks verbali “AUTOGLASS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 21 u  37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.