Language of document : ECLI:EU:T:2014:893





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 — Junited Autoglas Deutschland vs UASI – Belron Hungary (United Autoglas)

(Kawża T‑297/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali United Autoglas — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AUTOGLASS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19-21, 60)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 27, 41, 47, 50)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali United Autoglas u trade mark figurattiva AUTOGLASS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31-36, 53, 59, 63, 64)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Legalità — Eżami mill-qorti Komunitarja — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Apil 2013 (Każ R 206/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Belron Hungary Kft – Zug Branch u Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.