Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Société générale et vs CRU

(Kawża T-387/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société générale (Pariġi, Franza), Crédit du Nord (Lille, Franza) u SG Option Europe (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Conseil de résolution unique

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, tannulla d-deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante dovuti lis-SRF safejn tikkonċerna lir-rikorrenti ;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:

| l-Artikoli 69(2), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM ;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament Delegat ;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi, li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postale vs SRB.

____________