Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2021 – Instituto Cervantes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Instituto Cervantes (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors inammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tattribwixxi l-Lott 3 (lingwa Spanjola) tal-kuntratt dwar il-Kuntratti Qafas għat-Taħriġ fil-Lingwi għall-Istituzzjonijiet, l-Entitajiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea (Nru HR/2020/OP/0014), fl-ewwel lok lill-grupp CLL Centre de Langues-Allingua u fit-tieni lok lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kwalitajiet relattivi tal-offerti.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ paragun tal-kwalitajiet relattivi tal-offerti.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni allegatament wettqet meta ċaħdet l-elementi tal-offerta aċċessibbli permezz ta’ ħolqa hypertext integrata fl-offerta, mingħajr ma vverifikat ir-regolarità tagħhom.

Ir-raba’ motiv, invokat b’mod sussidjarju u bbażat, minn naħa, fuq l-assenza ta’ rabta bejn l-evalwazzjoni tal-kwalitajiet intrinsiċi tal-offerta tar-rikorrent u l-istima tiegħu għas-subkriterji 1.1 u 1.2 stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-għan li l-kuntratti pubbliċi jinfetħu għall-kompetizzjoni bl-iktar mod wiesa’ possibbli.

____________