Language of document : ECLI:EU:T:2007:302





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 – US Steel Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/07)

“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għas-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 – Deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 9(3)) (ara l-punti 55, 79, 80)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mis-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.