Language of document :





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2008 – Lactalis Gestion Lait u Lactalis Investissements vs Il-Kunsill

(Kawża T-29/07)

“Rikors għal annullament – Direttiva 2006/112/KE – Tħassir tal-Ewwel Direttiva VAT – Annullament parzjali – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 67/227, l-ewwel u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 1, u Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 411(1)) (ara l-punti 24-28, 34-40)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 411(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), sa fejn iħassar ir-raba’ u t-tmien premessi u l-ewwel u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 1967, 71, p. 1301).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni u tar-Renju ta’ Spanja.

3)

Lactalis Gestion Lait SNC u Lactalis Investissements SNC huma kkundannati għall-ispejjeż.