Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2007 - Fels-Werke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-28/07)1

("Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-Ġermanja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni ta' ċaħda mill-Kummissjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fels-Werke GmbH (Goslar, il-Ġermanja); Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (Aix-la-Chapelle, il-Ġermanja); u Spenner-Zement GmbH & Co. KG (Erwitte, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Posser u S. Altenschmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: U. Wölker, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali għall-allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)

Dispożittiv tad-Digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

Fels-Werke GmbH, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH u Spenner-Zement GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 24.3.2007..