Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2021 – Gerencia Regional de Salud de Castilla y León vs Delia

(Kawża C-86/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gerencia Regional de Salud de Castilla y León

Konvenut: Delia

Domandi preliminari

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni 1 , jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 6(2)(c) tad-Digriet 43/2009, tat-2 ta’ Lulju 2009, li timpedixxi r-rikonoxximent tas-servizzi pprovduti f’kategorija professjonali speċifika f’Servizz Pubbliku tas-Saħħa ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, ir-rikonoxximent tas-servizzi pprovduti fis-Sistema Pubblika tas-Saħħa ta’ Stat Memru jista’ jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel ta’ kriterji ġenerali ta’ omologazzjoni tas-sistemi ta’ karriera professjonali tal-persunal tas-servizzi tas-saħħa tal-Istati Membri tal-Unjoni?

____________

1 ĠU 2011, L 141, p.1.