Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijaku tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni ta’ żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva – Ksur uniku – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Prova – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Non-retroattività – Terminu raġonevoli”)

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Villeroy & Boch Austria GmbH (Mondsee, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Reidlinger, S. Dethof, M. Klusmann u K. Blau-Hansen, avukati) (Kawża T-373/10); Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann, avukat, S. Thomas, professur) (Kawża T-374/10); Villeroy et Boch SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Philippe, K. Blau-Hansen, avukati, u A. Villette, solicitor) (Kawża T-382/10); u Villeroy & Boch – Belgium (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Blockx u N. Lorjé, avukati) (Kawża T-402/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-373/10, inizjalment minn F. Castillo de la Torre, R. Sauer, F. Ronkes Agerbeek u A. Antoniadis, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik, avukati; fil-Kawża T-374/10, minn A. Antoniadis, R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek; fil-Kawża T-382/10, minn F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u N. von Lingen, aġenti, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik; u, fil-Kawża T-402/10, F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik)SuġġettTalba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.DispożittivFil-Kawżi T-373/10, T-382/10 u T-402/10, ir-rikorsi huma miċħuda.Fil-Kawża T-374/10, l-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn fih hemm ikkonstatat li Villeroy & Boch AG ipparteċipat f’akkordju fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija qabel it-12 ta’ Ottubru 1994.Fil-Kawża T-374/10, ir-rikors hu

wa miċħu

d għall-kumplament.Villeroy & Boch Austria GmbH, Villeroy et Boch SAS u Villeroy & Boch – Belgium għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-373/10, T-382/10 u T-402/10.Villeroy & Boch AG għandha tbati seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-374/10.

Il-Kummissj

oni għandha tbati parti minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u parti m

inn tmienja tal-ispejjeż ta’ Villeroy & Boch AG fil-Kawża T-374/10.