Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kleve (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2021 – AB et vs Ryanair DAC

(Kawża C-307/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kleve

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB et

Konvenut: Ryanair DAC

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira meta l-passiġġier ma kienx ġie informat b’dan mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat , inkluż meta dan it-trasportatur tal-ajru jkun bagħat l-informazzjoni fil-ħin qabel l-iskadenza ta’ ġimgħatejn lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu fil-kuntest tar-reżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li r-reżervazzjoni kienet twettqet permezz ta’ aġent jew permezz tal-pjattaforma online tiegħu, u li l-indirizz elettroniku kkomunikat mill-pjattaforma ta’ reżervazzjoni kien jippermetti l-iktar li jiġi kkuntattjat l-aġent, iżda mhux il-passiġġier direttament?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.