Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Jannar 2012 - Xeda International u Pace International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/10)

("Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Sustanza attiva diphenylamine - Nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I tad Direttiva 91/414/KEE - Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet tal- prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza - Rikors għal annullament - Locus Standi -Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414 - Drittijiet għad-difiża - Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint Andiol, Franza); u Pace International LLC (Seattle, Washington D.C., l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati, u P. Sellar, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Parpala, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/859/KE, tat- 30 ta' Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta' diphenylamine fl-Anness I tad Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 79).

Dispożittiv

Ir-Rikors huwa miċħud.

Xeda International SA u Pace International LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 100 17.4.2010