Language of document : ECLI:EU:T:2012:18





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 — Xeda International u Pace International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/10)

“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva diphenylamine — Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad Direttiva 91/414/KEE — Revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza — Rikors għal annullament — Locus standi — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414 — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007”

1.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-imsemmija prodotti fl-Anness I ta’ din id-direttiva — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I) (ara l-punti 69-71)

2.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Proċedura ta’ inklużjoni tas-sustanzi attivi tal-imsemmija prodotti fl-Anness I ta’ din id-direttiva — Sussistenza ta’ inċertezzi xjentifiċi dwar l-eżistenza jew il-portata ta’ riskji għas-saħħa tal-bniedem — Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Portata — Limiti (Artikolu 174(2) KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Artikolu 5(1)(b) u Anness I) (ara l-punti 74-76)

3.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji — Rekwiżit li jitlob livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa — Portata (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 152(1) KE) (ara l-punti 77, 78)

4.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 91/414 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tal-imsemmija direttiva — Nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti li tippermetti li jiġi konkluż li ma hemmx riskji — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Direttiva tal-Kunsill 91/414, Artikolu 5(1) u Anness I) (ara l-punti 126-128, 132, 137)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/859/KE, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, p. 79)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xeda International SA u Pace International LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.