Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Feralpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/10) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas ta’ kompetenza – Bażi legali – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, proporzjonalità u ugwaljanza tal-armi – Kriterji ta’ imputazzjoni – Definizzjoni tas-suq – Ksur tal-Artikolu 65 KEFA – Multi – Preskrizzjoni – Gravità – Tul”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Feralpi Holding SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer, R. Striani u T. Vecchi u finalment R. Sauer u T. Vecchi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 10.25 miljun għal ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Feralpi Holding SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.