Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2024 – VistaJet vs EUIPO (forma ta’ strixxa ħamra orizzontali fuq qafas tal-fidda)

(Kawża T-195/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VistaJet ltd. (Luqa, Malta) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (forma ta’ strixxa ħamra orizzontali fuq qafas tal-fidda) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 760 795

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1143/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-ispejjeż inkorsi fl-appell u fil-proċedimenti ta’ verifika quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________