Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Mejju 2024 – C/C Vámügynöki Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-351/24, C/C)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Veszprémi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C/C Vámügynöki Kft

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

L-Artikolu 119(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li tippermetti li jiġi kkonstatat li prova tal-oriġini hija skorretta mingħajr ma tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji?

____________

1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.