Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2009 - Winzer Pharma vs UASI - Alcon (BAÑOFTAL)

(Kawża T-346/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcon, Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2009 fil-Każ R 795/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut, f'kull każ lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż; u

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "BAÑOFTAL", għal prodotti fil-klassi 5

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża għat-trade mark "PAN-OPHTAL" irreġistrata għal prodotti fil-klassi 5; Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża għat-trade mark "KAN-OPHTAL" irreġistrata għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord ta' Appell għamel evalwazzjoni żbaljata tax-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali bejn it-trade marks ikkonċernati, sostna b'mod żbaljat li t-trade mark Komunitarja kkonċernata ma kintix taqa' taħt numru ta' trade marks "Ophtal" tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u ċaħad b'mod żbaljat li t-trade marks iċċitati fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni kellha karattru ferm distintiv miksub bl-użu u għaldaqstant iddeċieda b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell m'għamel ebda dikjarazzjoni fuq dan il-motiv ta' oppożizzjoni; ksur tal-Artikoli 75 u 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 minħabba nuqqas ta' motivazzjoni min-naħa tal-Bord tal-Appell jew, f'kull każ, nuqqas ta' motivazzjoni suffiċjenti li tippermetti li tinftihem id-deċiżjoni.

____________