Language of document : ECLI:EU:T:2010:270





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 – Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/08)

“Għajnuna mill-Istat – Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika – Proroga ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ vantaġġ – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Implementazzjoni tal-għajnuna”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Hlas mogħti bħala kumpens għall-esproprazzjoni ta’ assi - Esklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 57, 60, 63, 72, 74, 99, 101)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Proċedura amministrattiva - Obbligu tal-Kummissjoni li tintima lill-persuni interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom - Dritt tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jiġi inkluż b’mod xieraq fil-proċeduri - Limiti (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 161-163, 166-168)

3.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Drittijiet tad-difiża - Applikazzjoni għall-proċeduri amministrattivi mibdija mill-Kummissjoni - Eżami tal-proġetti ta’ għajnuna - Portata (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 189)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proġetti ta’ għajnuna - Notifika lill-Kummissjoni - Portata tal-obbligu - Neċessità li l-miżuri ta’ għajnuna jiġu nnotifikati fl-istadju ta’ proġetti (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 2 u 3) (ara l-punti 228-230, 234-236)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-illegalità ta’ għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Għajnuna li għadha ma ngħatatx (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 239, 241, 250, 251)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE- Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji - Protezzjoni - Kundizzjonijiet u limiti (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 269-271, 275, 276)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward ta’ miżura nazzjonali - Aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarju fir-rigward tal-legalità ta’ proroga tal-imsemmija miżura - Assenza (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 283, 284, 288)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implementata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nuova Terni Industrie Chimiche SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.