Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Hut.com vs UASI – Intersport France (THE HUT)

(Kawża T-330/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE HUT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LA HUTTE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Hut.com Ltd (Northwich, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Intersport France (Longjumeau, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2012 (Każ R 814/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intersport France u The Hut.com Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.The Hut.com Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.