Language of document : ECLI:EU:T:2014:622





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2014 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T‑329/12 u T‑74/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet fuq id-dħul u fuq it-tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li fil-mori tal-kawża jissostitwixxu l-att ikkontestat — Element ġdid — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2)) (ara l-punt 54)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102) (ara l-punt 55)

3.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Portata tal-istħarriġ (Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 410/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK) (ara l-punti 76-87)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-atti tal-Kunsill li jinkludu miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrent, jiġifieri, inizjalment, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal‑14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal‑14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal‑14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal‑14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mazen Al‑Tabbaa.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad‑29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) tal-Kunsill Nru 1117/2012, tad‑29 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mazen Al‑Tabbaa.

3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat‑22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012, kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat‑22 ta’ April 2013, li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/739, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mazen Al‑Tabbaa.

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal‑31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Mazen Al‑Tabbaa.

5)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/255 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Mazen Al‑Tabbaa sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012.

6)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fil-Kawża T‑74/13.

7)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti mir-rikorrent fil-Kawża T‑329/12 u tliet kwarti tal-ispejjeż esposti mill-istess rikorrent fil-Kawża T‑74/113.

8)

Ir-rikorrent għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu fil-Kawża T‑74/13.