Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 - MacLean - Fogg vs L-UASI (LOKTHREAD)

(Kawża T-339/05)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LOKTHREAD - Raġunijiet assoluti għal rifjut ta' reġistrazzjoni - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MacLean-Fogg Co. (Mundelein, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Prückner u A. Franke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar, aġent )

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-20 ta' Ġunju 2005 (kawża R 1122/2004-1) dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali LOKTHREAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

MacLean-Fogg Co. għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 296 tas-26.11.2005