Language of document : ECLI:EU:C:2022:746


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2022 –
ĒDIENS & KM.LV

(Kawża C-592/21)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Żvolġiment tal-proċedura – Għażla tal-parteċipanti – Kriterji ta’ għażla – Kapaċitajiet tekniċi u professjonali – Artikolu 58(4) – Modalitajiet ta’ prova – Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku – Artikolu 59 – Użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra – Artikolu 63(1) – Grupp ta’ operaturi ekonomiċi – Kundizzjoni relatata mal-esperjenza professjonali li għandha tkun issodisfatta mill-membru tal-grupp inkarigat, f’każ ta’ għoti ta’ kuntratt, mill-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li jeħtieġu din l-esperjenza – Kundizzjoni mhux prevista mid-dokumenti tal-kuntratt – Assenza ta’ effett tas-sistema ta’ responsabbiltà in solidum fil-kuntest tal-istatus ta’ soċjetà f’isem kollettiv”

1.      Domandi preliminari – Risposta li ma tħalli ebda dubju raġonevoli – Risposta li tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)

(ara l-punti 18, 19)

2.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2014/24 – Għoti ta' kuntratti – Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva – Kapaċità teknika u professjonali – Possibbiltà li jiġu invokati l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra – Kundizzjonijiet – Esperjenza professjonali – Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti biss mill-membru inkarigat, fi ħdan il-grupp ta’ operaturi ekonomiċi, mill-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li jeħtieġu din l-esperjenza – Ammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, Artikolu 58(4), 59 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1))

(ara l-punti 25 sa 29, 34 u d-dispożittiv)

3.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2014/24 – Għoti ta' kuntratti – Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva – Kapaċità teknika u professjonali – Possibbiltà li jiġu invokati l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ preċiżjoni fid-dokumenti tal-kuntratt – Effett

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2))

(ara l-punti 30, 31)

Dispożittiv

L-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 59 ta’ din tal-aħħar

għandu jiġi interpretat fis-sens li

meta jiġi stabbilit li, fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi, l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li fir-rigward tagħhom hija meħtieġa esperjenza ser tiġi fdata lil membru wieħed tal-grupp, il-grupp offerenti jista’ jinvoka biss, sabiex juri li jissodisfa kundizzjoni relatata mal-esperjenza imposta mill-awtorità kontraenti konformement mal-Artikolu 58(4) ta’ din id-direttiva, l-esperjenza tal-imsemmi membru ta’ dan il-grupp, u dan anki jekk id-dokumenti tal-kuntratt ma jipprevedux espliċitament li l-membri ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw individwalment din il-kundizzjoni.