Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Tiendanimal vs EUIPO (CRIADORES)

(Kawża T-314/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CRIADORES – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ legalità – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Tiendanimal Comercio Electrónico de Artículos para Mascotas, S.L. (Málaga, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Marzu 2023 (Każ R 0798/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 261, 24.7.2023.