Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2011 - Peeters Landbouwmachines vs UASI - Fors MW (BIGAB)
(Kawża T-33/11)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Peeters Landbouwmachines BV (Etten-Leur, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: P.N.A.M. Claassen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AS Fors MW (Saue, ir-Repubblika tal-Estonja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta' Novembru 2010, fil-Każ R 210/2010-1;
tordna lill-UASI jiddikjara invalida it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità, jew tordna lill-UASI jiddikjara invalida it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità sa fejn tirrigwarda r-registrazzjoni għall-klassi 7; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "BIGAB" għal prodotti fil-klassijiet 6, 7 u 12 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4363842
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: AS Fors MW
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Peeters Landbouwmachines BV
Bażi tal-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qiegħda titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti ta' invalidità u raġunijiet relattivi ta' invalidità, skont l-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu ta' mala fide, u naqas milli jirrikonoxxi l-importanza tax-xebh bejn il-prodotti koperti mit-trade marks ipparagunati.
____________