Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Marzu 2012 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Att li jikkawża preġudizzju - Rifjut impliċitu - Obbligu ta' motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-14 ta' Diċembru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-1/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

L-appell inċidentali huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

L. Marcuccio huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kuntest tal-appell inċidentali.

____________

1 - ĠU C 120, 16.04.2011.