Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 taʼ April 2013 – Gossio vs Il-Kunsill

(Kawża T-130/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marcel Gossio (Abidjan, Il-Côte dʼIvoire) (rappreżentanti: inizjalment G. Collard sussegwentement S. Zokou, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J.-P. Mignard, J.-P. Benoit u G. Merland, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 taʼ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte dʼIvoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 taʼ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte dʼIvoire (ĠU L 11, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Marcel Gossio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ir-Repubblika tal-Côte dʼIvoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.