Language of document : ECLI:EU:T:2013:217





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Gossio vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑130/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Att li jħassar u jissostitwixxi l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Talba għall-adattament tat-talbiet għal annullament — Assenza — Żamma tal-interess tar-rikorrent li jikseb l-annullament tal-att ikkontestat (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 25/2011, Anness I A; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/18, Anness II) (ara l-punti 31‑34)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Assenza ta’ obbligu ta’ smigħ minn qabel tal-persuna li hija suġġetta għal din il-miżura — Obbligu li fil-motivazzjoni jiġu identifikati l-elementi speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw l-imsemmija miżura — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda kontriha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 25/2011, Anness I A; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/18, Anness II) (ara l-punti 40‑46)

3.                     Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 52)

4.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Stħarriġ limitat għar-regoli ġenerali — Stħarriġ li jkopri l-evalwazzjoni tal-fatti u l-verifika tal-provi fir-rigward tal-atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 25/2011, Artikolu 11a(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/18, Artikolu 7(1) u (2)) (ara l-punti 56‑58)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 taʼ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte dʼIvoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 taʼ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte dʼIvoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marcel Gossio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Côte dʼIvoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.