Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2022 – RE vs Bezirkshauptmannschaft Lilienfeld

(Kawża C-155/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Niederösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RE

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Lilienfeld

Parti oħra fil-proċedura: Arbeitsinspektorat NÖ Wald- und Mostviertel

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa kompatibbli ma’ dispożizzjoni nazzjonali, li tippermetti lill-persuni li għandhom responsabbiltà kriminali għal impriża ta’ trasport jittrasferixxu lil persuna fiżika, permezz ta’ ftehim reċiproku, ir-responsabbiltà tagħhom għal ksur serju ħafna tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-perijodu ta’ mistrieħ għax-xufiera meta, minħabba dan it-trasferiment, ma ssirx verifika tar-reputazzjoni tajba fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE 1 , verifika li d-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprevedu unikament meta sanzjoni tiġi imposta fuq il-persuni li għandhom responsabbiltà kriminali li jittrasferixxuha?

____________

1 ĠU 2009, L 300, p. 1.