Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2022 – TAP Portugal vs Myflyright GmbH

(Kawża C-157/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TAP Portugal

Konvenut: Myflyright GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm ċirkustanza straordinarja fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta titjira minn ajruport li jinsab barra mill-bażi tat-trasportatur tal-ajru effettiv tiġi kkanċellata peress li, ftit qabel it-titjira, membru tal-ekwipaġġ assenjat fuq din it-titjira (fil-każ ineżami: il-kopilota), li jkun għadda mill-eżamijiet mediċi preskritti regolarment mingħajr ebda restrizzjoni, imut f’daqqa u b’mod imprevedibbli għat-trasportatur tal-ajru, jew jimrad serjament b’mod li ma jkunx jista’ jwettaq it-titjira?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10