Language of document : ECLI:EU:T:2014:92

Kawża T‑91/11

InnoLux Corp.

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tal-pannelli tal-kristalli likwidi (LCDs) — Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezz u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Kompetenza territorjali — Bejgħ intern — Bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodotti suġġetti għal kartell — Ksur uniku u kontinwat — Multi — Metodu ta’ arrotondament — Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Frar 2014

1.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ bejgħ li ma huwiex realment milqut mill-prattiki li jikkostitwixxu ksur — Ammissibbiltà — Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-prodotti suġġetti għal kartell li kienu ġew integrati f’prodotti lesti mibjugħa lil terzi minn sussidjarji — Ammissibbiltà

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

2.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni territorjali — Akkordju bejn impriżi stabbiliti barra mill-Unjoni iżda li jimplementa u jipproduċi l-effetti tiegħu fis-suq intern — Kompetenza tal-Kummissjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni — Ammissibbiltà fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku — Intervent tas-sussidjarji, aġenti jew fergħat stabbiliti barra mill-Unjoni — Assenza ta’ effett

(Artikolu 101 TFUE)

3.      Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Metodu ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi ta’ flessibbiltà — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

4.      Kompetizzjoni — Multi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni skont l-aġir individwali tal-impriża — Effett tal-assenza ta’ sanzjoni fir-rigward ta’ operatur ekonomiku ieħor — Assenza — Ilment dwar benefiċċju minn illegalità li kien ta’ vantaġġ għal operatur ekonomiku ieħor — Inammissibbiltà

(Artikolu 101(1) TFUE)

5.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Natura provviżorja — Obbligu għall-Kummissjoni li tispjega fid-deċiżjoni finali d-differenzi eżistenti bejnha u l-evalwazzjonijiet provviżorji tagħha — Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

6.      Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu — Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

7.      Akkordji — Delimitazzjoni tas-suq — Skop — Evalwazzjoni tal-effett tal-akkordju fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Konsegwenzi tal-ilmenti fir-rigward tagħha

(Artikolu 101(1) TFUE)

8.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Ksur uniku u kontinwat — Obbligu għall-Kummissjoni li tipproċedi kontra aġir li jaqa’ taħt ksur uniku u kontinwat permezz ta’ proċedura waħdaAssenza — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-portata tal-proċeduri — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ne bis in idem

(Artikolu 101(1) TFUE)

9.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata

(Artikoli 101(1) TFUE, 102 TFUE u 296 TFUE)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ksur fil-globalità tiegħu

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 sa 25)

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ kollaborazzjoni tal-impriża matul il-proċedura amministrattiva — Żieda tal-multa — Kundizzjoni

(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 18(2) u (3), 23(1), u 31)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 36-48, 53)

2.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, meta impriżi, stabbiliti barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), iżda li jipproduċu beni li jinbiegħu fiż-ŻEE lil terzi, jiftiehmu fuq il-prezzijiet li huma jagħtu lill-klijenti tagħhom stabbiliti fiż-ŻEE u jimplementaw dan il-ftehim billi jbigħu bi prezzijiet effettivament ikkoordinati, huma jipparteċipaw fi ftehim li għandu bħala skop u bħala effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, u li l-Kummissjoni hija territorjalment kompetenti sabiex tipproċedi kontra. Fil-fatt, ksur tal-Artikolu 101 TFUE jimplika żewġ elementi ta’ aġir, jiġifieri l-formazzjoni tal-akkordju u l-implementazzjoni tiegħu. Li l-applikabbiltà tal-projbizzjonijiet stipulati mid-dritt tal-kompetizzjoni ssir dipendenti fuq il-post ta’ formazzjoni tal-akkordju jwassal ovvjament sabiex jiġi pprovdut lill-impriżi mezz faċli sabiex jevitaw l-imsemmija projbizzjonijiet. Dak li japplika huwa għalhekk il-post fejn l-akkordju huwa implementat.

Barra minn hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan il-post jinsabx fiż-ŻEE, huwa ftit importanti li l-parteċipanti fl-akkordju jkunu rreferew jew le għal sussidjarji, aġenti, subaġenti jew fergħat stabbiliti fiż-ŻEE sabiex jistabbilixxu kuntatti bejniethom u x-xerrejja li huma stabbiliti hemmhekk. Peress li l-kundizzjoni dwar l-implementazzjoni hija ssodisfatta, il-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ tali aġir hija koperta mill-prinċipju ta’ territorjalità li huwa universalment rikonoxxut fid-dritt internazzjonali pubbliku.

Meta akkordju ta’ livell dinji għandu għan antikompetittiv, dan huwa implementat fis-suq intern mis-sempliċi fatt li l-prodotti suġġetti għal kartell huma kkummerċjalizzati f’dan is-suq. Fil-fatt, l-implementazzjoni ta’ akkordju ma timplikax neċessarjament li hija tipproduċi effetti reali. Fir-realtà, il-kwistjoni jekk l-akkordju kellux effetti konkreti fuq il-prezzijiet ipprattikati mill-parteċipanti hija rilevanti biss fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-gravità tal-akkordju, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibbaża ruħha fuq dan il-kriterju. Il-kunċett ta’ implementazzjoni huwa essenzjalment ibbażat fuq il-kunċett ta’ impriża fid-dritt tal-kompetizzjoni, li lilu għandu jiġi rikonoxxut rwol determinanti fl-iffissar tal-limiti tal-kompetenza territorjali tal-Kummissjoni sabiex tapplika dan id-dritt. B’mod partikolari, jekk impriża tkun ipparteċipat f’akkordju kkonċepit barra miż-ŻEE, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipproċedi kontra r-riperkussjonijiet li l-aġir ta’ din l-impriża kellu fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern u timponi fuqha multa proporzjonali mal-ħsara ta’ dan l-akkordju fuq il-kompetizzjoni f’dan is-suq.

(ara l-punti 58-60, 66, 67, 69, 70, 75)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 78-80, 88)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 93, 142)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 95, 96)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 101-103, 126, 128)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 129-134)

8.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, għalkemm l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwat tippermetti lill-Kummissjoni li fl-istess ħin tipproċedi kontra, permezz ta’ proċedura waħda u deċiżjoni waħda, aġir differenti li setgħet tipproċedi kontrih individwalment, hija ma għandhiex bħala konsegwenza li l-Kummissjoni hija obbligata li tipproċedi b’dan il-mod. Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-portata tal-proċeduri li hija tapplika. Fuq dan is-suġġett, hija ma tistax tiġi obbligata li tikkonstata u li tissanzjona kull aġir antikompetittiv u l-qrati tal-Unjoni ma jistgħux — anki jekk unikament sabiex titnaqqas il-multa — jiddeċiedu li l-Kummissjoni, fid-dawl tal-provi għad-dispożizzjoni tagħha, imissha stabbilixxiet l-eżistenza ta’ ksur matul perijodu partikolari u kontra impriża partikolari.

L-eżerċizzju ta’ din is-setgħa huwa suġġett għall-istħarriġ ġudizzjarju. Madankollu, huwa biss jekk seta’ jintwera li l-Kummissjoni applikat, mingħajr raġuni oġġettiva, żewġ proċeduri distinti relatati ma’ sitwazzjoni ta’ fatt unika li l-għażla tagħha tista’ titqies li hija użu ħażin ta’ poter. Meta l-Kummissjoni ma jkollhiex, jew ikun għad ma jkollhiex, provi suffiċjenti kontra ċerti impriżi suspettati li pparteċipaw fl-stess ksur uniku, din iċ-ċirkustanza tikkostitwixxi raġuni oġġettiva, li tiġġustifika l-għażla tal-Kummissjoni li tipproċedi kontra operaturi differenti permezz ta’ proċeduri distinti, fejn il-Kummissjoni hija, b’mod partikolari, obbligata li tosserva, skont il-każ, il-prinċipju ne bis in idem.

(ara l-punti 136-139)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 141)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 144)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 150, 151)

12.    Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni huwa kkompletat mill-ġurisdizzjoni sħiħa, li hija rikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE. Din il-ġurisdizzjoni tawtorizza lill-qorti, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha minflok dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti. Għalhekk hija l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li għandha tevalwa, fid-data li fiha tadotta d-deċiżjoni tagħha, jekk ġietx imposta fuq l-impriżi kkonċernati multa li l-ammont tagħha jirrifletti korrettament il-gravità tal-ksur inkwistjoni. Għalkemm hija l-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa hija stess iċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa, l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi imposti, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw f’akkordju li jikser l-Artikolu 101(1) TFUE.

Madankollu, sabiex tiġi ppreżervata l-effettività tal-Artikolu 18(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tobbliga lil impriża sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja li tikkonċerna fatti li hija setgħet kellha għarfien dwarhom u sabiex tikkomunikalha, jekk ikun hemm bżonn, id-dokumenti relatati magħha li jkunu fil-pussess tagħha, bil-kundizzjoni biss li ma timponix fuq l-impriża l-obbligu li tipprovdi tweġibiet li permezz tagħhom hija tasal sabiex tammetti l-eżistenza tal-ksur li fir-rigward tiegħu għandha tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prova. Impriża li lilha l-Kummissjoni tibgħat talba għal informazzjoni skont dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 hija, barra minn hekk, marbuta b’obbligu ta’ kollaborazzjoni attiva u tista’ tiġi ssanzjonata permezz ta’ multa speċifika, prevista mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament, li tista’ tirrappreżenta sa 1 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha jekk hija tipprovdi, deliberatament jew b’negliġenza, informazzjoni ineżatta jew żnaturata. Minn dan jirriżulta li, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, nuqqas ta’ kollaborazzjoni ta’ impriża u b’konsegwenza ta’ dan iżżid l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha minħabba ksur tal-Artikoli 101 TFUE jew tal-102 TFUE, sakemm din l-impriża ma tkunx ġiet issanzjonata għal dan l-istess aġir permezz ta’ multa speċifika bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003.

Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fl-ipoteżi fejn, bħala tweġiba għal talba f’dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni, impriża tkun naqset milli tippreżenta, deliberatament jew b’negliġenza, matul il-proċedura amministrattiva, elementi determinanti bil-għan li jiġi ffissat l-ammont tal-multa u li hija kellha jew li setgħet kellha meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata. Għalkemm, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali ma ssibx restrizzjoni sabiex tieħu dawn l-elementi inkunsiderazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-impriża li tistabbilixxi dan biss fl-istadju kontenzjuż, billi b’hekk tippreġudika l-għan u t-tmexxija tajba tal-proċedura amministrattiva, tesponi ruħha għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din iċ-ċirkustanza fid-determinazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-ammont xieraq tal-multa.

Issa, iċ-ċirkustanza li impriża wettqet żbalji meta hija pprovdiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ rilevanti, peress li hija inkludiet fiha bejgħ dwar prodotti li ma humiex il-prodotti suġġetti għal kartell, ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li din l-impriża naqset milli twettaq l-obbligu ta’ kollaborazzjoni tagħha li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 sa punt tali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-iffissar tal-ammont tal-multa. Fil-fatt, l-impriża kkonċernata ma fittxitx li twassal lill-Kummissjoni li twettaq żball, u lanqas ma ppreżentatilha informazzjoni mhux ipproċessata, li permezz tagħha l-Kummissjoni kellha tikkalkola l-valur tal-bejgħ rilevanti, mingħajr ma tipprovdilha fl-istess ħin il-preċiżazzjonijiet neċessarji sabiex tieħu minnhom l-informazzjoni essenzjali. Ir-rikorrenti rreferiet għal konsulenti esterni speċjalizzati sabiex tkun tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja, iżda wettqet in-negliġenza li ma tispjegax lil dawn il-konsulenti d-differenzi eżistenti bejn ċerti tipoloġiji tal-prodotti inkwistjoni. F’dan ir-rigward, hija ma kellha manifestament ebda interess li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni żbaljata, li kienet tinkludi l-bejgħ ta’ prodotti li ma kinux il-prodotti suġġetti għal kartell, peress li dawn l-ineżattezzi setgħu jkunu biss ta’ dannu għaliha, billi l-ammont tal-multa li l-Kummissjoni timponi fuqha kien isir iktar għoli.

(ara l-punti 156, 157, 165, 167-172)