Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – UC vs Il-Kunsill

(Kawża T-6/23) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fuq l-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni, entitajiet u organi kkonċernati – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: UC (rappreżentanti: P. Bekaert u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2398 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2022, L 316 I, p. 7), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2397 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2022, L 316 I, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

UC għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 104, 20.3.2023.