Language of document : ECLI:EU:T:2014:165





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Marzu 2014 – L-Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑117/10)

“FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm operattiv reġjonali 2000-2006 għar-reġjun tal-Puglia (l-Italja) li jaqa’ taħt l-ObjettivNru°1 – Nuqqasijiet gravi fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi – Prinċipju ta’ partenarjat – Proporzjonalità – Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 – Artikoli 4, 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll – Insuffiċjenzi gravi li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet ta’ natura sistemika – Konsegwenza – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja (Artikolu 317 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikoli 38(1) u 39(2)(c) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 438/2001, Artikoli 4 u 10) (ara l-punti 50, 51, 91, 92)

2.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Regolament tal-Kummissjoni Nru 438/2001) (ara l-punt 56)

3.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Neċessità ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni minn qabel (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikoli 38 u 39) (ara l-punt 97)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata – Kanċellament tal-għajnuna finanzjarja kollha kemm hi mogħtija mill-FEŻR – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova – Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru – Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % tal-infiq – Ammissibbiltà (Artikolu 5(4) TUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikolu 39(3) (ara l-punti 108, 115, 116)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Regoli dwar kondotta amministrattiva ta’ portata ġenerali – Att intiż sabiex joħloq effetti esterni – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjoni awtriċi tal-att (ara l-punt 110)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 125, 129, 130)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti – Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni – Distinzjoni (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 126, 128)

8.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjamenti tal-Unjoni mogħtija għal azzjonijiet nazzjonali – Suspensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjoni nazzjonali – Proċedura distinta u indipendenti minn dik ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikolu 39) (ara l-punti 140-143)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10350 finali, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis ta’ għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija lir-Repubblika Taljana skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li tapprova l-programm operattiv reġjonali POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, abbażi tal-Objettiv Nru 1.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.