Language of document : ECLI:EU:T:2011:478





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 – Prinz Sobieski zu Schwarzenberg vs UASI – British-American Tobacco Polska (Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg)

(Kawża T-271/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti JAN III SOBIESKI u figurattiva preċedenti Jan III Sobieski – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-miżata tal-appell permezz ta’ pagament jew trasferiment fit-terminu – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala li mhux ippreżentat – Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 – Rikors għal restitutio in integrum – Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali jew imprevedibbli – Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ appell - Terminu u forma tal-appell - Ħlas tal-miżata tal-appell wara l-iskadenza tat-terminu previst (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2869/95, Artikolu 8(3)) (ara l-punti 37-43)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Restitutio in integrum - Kundizzjonijiet - Viġilanza meħtieġa fid-dawl taċ-ċirkustanzi - Avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali u, għaldaqstant, imprevedibbli - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/09, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 53, 54, 60-62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2009 (Każ R 771/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British‑American Tobacco Polska S.A. u Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg huwa kkundannat għall-ispejjeż.