Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Coinbase vs EUIPO – Coinbase Global (coinbase)

(Kawża T-126/22) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea coinbase – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali preċedenti COINBASE – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva preċedenti coinbase exchange – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Coinbase, Inc. (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Nicolás Gómez, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Coinbase Global OÜ (Tallinn, l-Estonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha ppreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 1097/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Coinbase, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 171, 25.4.2022.