Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Marzu 2012 - Colas vs UASI - García-Teresa Gárate u Bouffard Vicente (BASE-SEAL)

(Kawża T-172/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASE-SEAL - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw forma ta' djamant - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti COLAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colas (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: E. Logeais, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rosario García-Teresa Gárate u Carmen Bouffard Vicente (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Frar 2010 (Każ R 450/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa waħda, Colas u, min-naħa l-oħra, Rosario García-Teresa Gárate u Carmen Bouffard Vicente.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta' Frar 2010 (Każ R 450/2009-4) hija annullata fir-rigward tal-prodotti li ma humiex il-prodotti kimiċi użati fix-xjenza, fil-fotografija, fl-agrikoltura, fl-ortikoltura u fil-foresterija, tad-demel u tas-sustanzi kimiċi li jippriżervaw il-prodotti tal-ikel imsemmija fid-deċiżjoni msemmija.

2)    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.