Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2009 - TTNB SARL vs UASI - March (Tila March)

(Kawża T-433/09)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: TTNB SARL (rappreżentant: J.-M. Moiroux, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Juan Carmen March (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, fl-20 ta' Awwissu 2009, fil-Każ R 1538/2008-2, u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tamara Taichman, bir-rikorrenti bħala s-suċċessur tagħha

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Tila March" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 402 722

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Carmen March Juan

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola "CARMEN MARCH" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 25, 35 u 38, billi l-oppożizzjoni kienet diretta kontra r-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) minħabba n-nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade Marks konfliġġenti.

____________