Rikors ippreżentat fis-17 ta' Marzu 2010 - Lidl Stiftung vs UASI - Vinotasia (VITASIA)
(Kawża T-124/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schaeffer u A. Marx, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vinotasia GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-14 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1054/2008-4;
tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1 027 947, ippreżentata fit-30 ta' Ġunju 2006, sa fejn din l-oppożizzjoni ntlaqgħat permezz tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta' Mejju 2008;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea u tal-proċedimenti quddiem ir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);
sussidjarjament, tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni finali fil-kawża għat-tħassir tat-trade mark Ġermaniża preċedenti Nru 302 15 015 "VINOTASIA" imressqa quddiem il-Patent- und Markenamt Ġermaniż fis-17 ta' Marzu 2010.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "VITASIA" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 33 (Applikazzjoni Nru 4 691 101)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vinotasia GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "VINOTASIA" Nru 302 15 015 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
1 sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L78, p. 1).