Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 – Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/10)

“Rikors għal annullament – FEŻR – Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Entità reġjonali – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lil Stat Membru, dwar it-tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li tipprevedi r-rimbors parzjali tal-fondi mogħtija - Rikors ippreżentat minn entità reġjonali benefiċjarja tal-imsemmija għajnuna u li taġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni tal-fondi irċevuti - Assenza ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Effett tal-konsegwenzi finanzjarji tad-deċiżjoni fuq din l-entità reġjonali - Assenza ta’ effett (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 29, 30, 32-35, 37, 39-44, 48-53)

Suġġett

Talba għall-anullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li approvat il-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, skont l-Obbjettiv Nru 1.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Regione Puglia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.