Language of document : ECLI:EU:T:2014:629

Kawża T‑533/10

DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku ta’ xandir — Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE — Bidla tas-sistema ta’ finanzjament — Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna — Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna — Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna — Proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2014

1.      Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà — Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxi li jikkostitwixxu l-mod ta’ finanzjament ta’ miżura ta’ għajnuna — Assenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni vinkolanti bejn it-taxxa u l-finanzjament tal-għajnuna kkonċernata — Esklużjoni

(Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE)

3.      Rikors għal annullament — Stħarriġ tal-legalità — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att kontenzjuż

(Artikolu 263 TFUE)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami tal-ilmenti — Ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Evalwazzjoni preliminari li għandha natura neċessarjament provviżorja

(Artikolu 108(2) TFUE)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxi — Esklużjoni ħlief għat-taxxi li jiffinanzjaw għajnuna — Taxxa li tiffinanzja parzjalment għajnuna imposta fuq kompetituri tal-benefiċjarju bil-għan li dan iwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku u li ma hijiex imposta fuq dan il-benefiċjarju — Prova tar-rabta ta’ allokazzjoni vinkolanti bejn it-taxxa u l-finanzjament tal-għajnuna kkonċernata — Assenza

(Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE)

6.      Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Kriterji

(Artikoli 106(2) TFUE u 107 TFUE)

7.      Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Kontroll mill-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

(Artikolu 106(2) TFUE; Protokoll Nru 29 anness mat-Trattati UE u FUE)

8.      Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri

(Artikolu 106(2) TFUE; Protokoll Nru 29 anness mat-Trattati UE u FUE)

9.      Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Issuġġettar għar-regoli tat-Trattat — Projbizzjoni ta’ aġir antikompetittiv — Portata — Sottomissjoni b’mod sistematiku ta’ offerti għolja wisq f’irkanti — Inklużjoni

(Artikolu 106(2) TFUE)

10.    Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Issuġġettar għar-regoli tat-Trattat — Kriterji għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-finanzjament mill-Istat mas-suq intern — Bidla tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni b’mod sostanzjali u b’mod manifestament sproporzjonat

(Artikolu 106(2) TFUE)

11.    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

(Artikolu 296 TFUE)

12.    Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Argumenti ġodda — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ emenda tal-qafas tat-tilwima

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33, 34 u 170)

2.      Sabiex taxxa tkun tista’ titqies bħala li tagħmel parti integrali minn miżura ta’ għajnuna, għandu neċessarjament ikun hemm dispożizzjoni vinkolanti tad-dritt nazzjonali li timponi l-allokazzjoni tat-taxxa għall-finanzjament tal-għajnuna. Fl-assenza ta’ tali dispożizzjoni, taxxa ma tkunx tista’ titqies bħala li hija allokata għal miżura ta’ għajnuna u għaldaqstant ma tikkostitwixxix waħda mill-modalitajiet tagħha. Is-sempliċi fatt li jkun hemm tali dispożizzjoni ma jistax, fih innifsu, jikkostitwixxi kundizzjoni suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li taxxa tagħmel parti integrali minn miżura ta’ għajnuna. Meta jkun hemm tali dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ikun meħtieġ li jiġi eżaminat, barra minn hekk, jekk id-dħul mit-taxxa jinfluwenzax direttament il-portata tal-għajnuna. Sabiex taxxa tkun tista’ titqies bħala li tagħmel parti integrali minn miżura ta’ għajnuna, ma huwiex suffiċjenti, għaldaqstant, li d-dħul minn din it-taxxa jkun neċessarjament allokat għall-finanzjament tagħha. Lanqas ma huwa biżżejjed li jintwera li l-ammont miġbur fuq il-bażi tal-miżura fiskali huwa allokat lill-benefiċjarju tal-għajnuna.

(ara l-punti 52 sa 54)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 75 u 144)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 82)

5.      Bħala prinċipju, il-persuni responsabbli għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni obbligatorja ma jistgħux jeċċepixxu li l-eżenzjoni li minnha jibbenefikaw persuni oħra tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat sabiex jevitaw li jħallsu l-imsemmija kontribuzzjoni. Barra minn hekk, ma huwiex biżżejjed li impriża li jkollha tħallas taxxa li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-għajnuna tkun f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-benefiċjarju tal-għajnuna sabiex it-taxxa tkun tagħmel parti integrali minn din l-għajnuna u sabiex din l-impriża tkun tista’ toġġezzjona għall-ħlas tagħha. Is-sempliċi fatt li taxxa li jkollha l-għan li tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ għajnuna tkun imposta fuq impriża u mhux fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna li tkun tikkompeti magħha ma huwiex biżżejjed sabiex jitqies li t-taxxa tagħmel parti integrali mill-imsemmija għajnuna.

(ara l-punti 92, 95 u 102)

6.      Sabiex għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE tkun tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern bis-saħħa tal-Artikolu 106(2) TFUE, il-kundizzjonijiet segwenti għandhom ikunu ssodisfatti: minn naħa, l-operatur ikkonċernat għandu jkun inkarigat b’funzjoni ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali permezz ta’ att tal-awtorità pubblika li jiddefinixxi b’mod ċar l-obbligi ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali inkwistjoni; min-naħa l-oħra, l-imsemmi operatur ma għandux jirċievi kumpens eċċessiv u l-finanzjament mill-Istat ma għandux jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq estern b’mod sproporzjonat.

(ara l-punti 117 u 176)

7.      Mill-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku tal-Istati Membri, li jikkompleta t-Trattati UE u FUE, jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE għandhom ikunu bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament tas-servizz pubbliku ta’ xandir sa fejn dan il-finanzjament jingħata lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettiq tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku kif mogħtija, iddefinita u organizzata minn kull Stat Membru u sa fejn dan il-finanzjament ma jaffettwax il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni b’mod li jmur kontra l-interess komuni, bil-kundizzjoni li jittieħed inkunsiderazzjoni t-twettiq tal-mandat ta’ dan is-servizz pubbliku.

Minn dan isegwi li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ xandir u fir-rigward tad-determinazzjoni tal-organizzazzjoni tagħha. Għaldaqstant, il-kontroll mill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ xandir u fir-rigward tad-determinazzjoni tal-organizzazzjoni tagħha huwa limitat. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tkopri fatti ekonomiċi kumplessi. Għaldaqstant, l-istħarriġ mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni huwa saħansitra iktar limitat mill-kontroll tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżura tal-Istat Membru kkonċernat. L-istħarriġ mill-Qorti Ġenerali huwa limitat għal verifika ta’ jekk il-miżura inkwistjoni hijiex manifestament inadegwata meta kkunsidrata fid-dawl tal-għan segwit.

(ara l-punti 124 sa 128 u 195)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 130, 157 u 193)

9.      Il-fatt li xandar pubbliku jadotta aġir antikompetittiv fil-konfront tal-operaturi privati fis-suq billi japplika, pereżempju, prassi fejn jagħmel b’mod sistematiku offerti għolja wisq f’irkanti fis-suq tal-akkwist ta’ kontenut ma huwiex kompatibbli mal-Artikolu 106(2) TFUE. Tali aġir ma jistax jitqies bħala neċessarju għat-twettiq tal-mandat ta’ servizz pubbliku ta’ tali xandar. Madankollu, tali aġir huwa eskluż peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata tipprojbixxi espliċitament li dan ix-xandar juża d-dħul tiegħu sabiex jagħmel offerti għolja wisq, meta mqabbla mal-kompetituri tiegħu, f’irkanti għal drittijiet li jikkonċernaw kontenut b’valur kummerċjali kbir. In-natura effikaċja ta’ din il-projbizzjoni la tista’ tiġi kkontestata mill-fatt li dan x-xandar jikkompeti mal-operaturi privati u lanqas mill-fatt li dan ix-xandar jakkwista kontenut b’valur kummerċjali kbir, sa fejn dan iseħħ fil-kuntest tat-twettiq tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ xandir tiegħu.

(ara l-punti 131, 132 u 136)

10.    Sabiex skema ta’ għajnuna favur operatur inkarigat b’funzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ xandir tkun tista’ titqies bħala li ma tissodisfax il-kundizzjoni prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 106(2) TFUE, din l-iskema għandha tibdel il-kummerċ u l-kompetizzjoni b’mod sostanzjali u b’mod manifestament sproporzjonat meta kkunsidrata fid-dawl tal-għanijiet segwiti mill-Istati Membri.

(ara l-punti 155 u 160 sa 164)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 199 u  203)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 211 sa 213)