Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2011 - Stitching Woonpunt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta' akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess individwali - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissbbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonpunt (Beek, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Com.wonen (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Haag Wonen (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P.Glazener, E. Henny u T. Ottervanger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. vanVliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta' Diċembru 2009, dwar sistema ta' għajnuna E 2/2005 u N 642/2009 - Il-Pajjiżi l-Baxxi - Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta' akkomodazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta' intervent ta' Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta' investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Stichting Woonpunt, Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta' investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 179, 03.07.2010.