Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2023 – Pfriem vs EUIPO – U-Control (UC)

(Kawża T-316/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hanns Pfriem (Schweinfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: U-Control Srl (Torrile, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “UC” / Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 569 179 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1404/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B3146448 fl-intier tagħha, u tiċħad l-applikazzjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti u servizzi kollha kkontestati;

sussidjarjament,

tibgħat il-każ lill-Bord tal-Appell għall-eżami mill-ġdid.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 27(2) flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________