Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2023 – ROGON GmbH & Co. KG, MVI Management GmbH u DC vs Deutscher Fußballbund e. V. (DFB)

(Kawża C-428/23, ROGON et)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ROGON GmbH & Co. KG, MVI Management GmbH, DC

Konvenut: Deutscher Fußballbund e. V. (DFB)

Domandi preliminari

Id-domandi preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE:

Il-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tad-19 ta’ Frar 2002, Wouters et (C-309/99, EU:C:2002:98) u tat-18 ta’ Lulju 2006 Meca Medina u Majcen (C-519/04 P, EU:C:2006:492) japplikaw għar-regoli ta’ federazzjoni sportiva li huma indirizzati lill-membri tal-federazzjoni u li jirregolaw l-użu ta’ servizzi pprovduti minn impriżi li ma humiex membri tal-federazzjoni f’suq upstream tal-attivitajiet tal-federazzjoni, liema prinċipji, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ akkordji,

għandhom jiġu evalwati fil-kuntest ġenerali li fih id-deċiżjoni inkwistjoni ttieħdet jew tipproduċi l-effetti tagħha, u b’mod partikolari l-għan tagħha,

u għandu jiġu eżaminat ukoll jekk l-effetti antikompetittivi assoċjati mad-deċiżjoni humiex neċessarjament relatati mat-twettiq tal-għanijiet iddikjarati,

u jekk humiex proporzjonati għal dawk l-għanijiet (iktar ’il quddiem it-“test Meca-Medina”)?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

F’dan il-każ, it-test Meca-Medina għandu jiġi applikat għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-regoli, jew jiddependi fuq kriterji sostantivi, bħall-prossimità jew id-distanza tad-dispożizzjonijiet individwali għall-attività sportiva tal-federazzjoni?

____________