Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2023 – AE, CO, DU et vs BA, EP u RI, bħala kuraturi ta’ SA Wibra België, Wibra België SRL

(Kawża C-431/23, Wibra België)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AE, CO, DU et

Konvenuti: BA, EP u RI, bħala kuraturi ta’ SA Wibra België, Wibra België SRL

Partijiet oħra fil-proċedura: VT, HL, MO et

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li jipprevedi dan l-artikolu, li l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva ma japplikawx għat-trasferiment ta’ impriża fejn iċ-ċedent ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ falliment jew ta’ proċedura analoga ta’ insolvenza li tkun infetħet bil-għan li l-assi taċ-ċedent jiġu llikwidati, ma tkunx issodisfatta fejn it-trasferiment tal-impriża kollha jew parti minnha jitħejja qabel il-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment intiża sabiex jiġu llikwidati l-assi taċ-ċedent, f’dan il-każ fil-kuntest ta’ proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, li tintemm bi ftehim ta’ trasferiment li l-approvazzjoni tiegħu ma tingħatax mill-qorti kompetenti, u li l-implimentazzjoni tiegħu ssir immedjatament wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, lil hinn mill-iskop tal-applikazzjoni ta’ kull dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari tad-dritt intern?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98