Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2010 - Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, abbażi tar-raġunijiet esposti fit-Taqsima I tal-motivi ta' dan l-att, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta' Mejju 2010, li tinterrompi t-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fit-18 ta' Diċembru 2009;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kienet obbligata tħallas l-interessi minħabba d-dewmien fil-ħlas effettiv tat-talbiet interim indebitament sospiżi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterrompi t-terminu perentorju għal ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fit-18 ta' Diċembru 2009. Din it-talba għal ħlas interim, li tammonta għal EUR 37 320 854.12 tikkorrispondi għall-Programm Operattiv ta' Intervent Komunitarju tal-Fond Soċjali Ewropew tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li jaqa' taħt l-għanijiet ta' konverġenza u ta' kompetitività reġjonali u l-impjieg fi Spanja (CCI2007ESO5UPO002).

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-263/10 Spanja vs Il-Kummissjoni.

____________