Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 taʼ Frar 2013 - Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-110/13)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė u D. Skara)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru FK/fa/D(2012)1707818, tat-12 ta' Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta' debitu Nru 3241213460 annessa magħha hija relatata ma' proġetti li l-eżekuzzjoni tagħhom kienet ġiet fdata lil impriżi li sussegwentement fallew u tikkonstata li l-Kummissjoni għandha tħallas lura s-somma ta' EUR 3 148 549.66;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru FK/fa/D(2012)1707818, tat-12 ta' Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta' debitu Nru 3241213460 mehmuża magħha hija relatata mal-proġett Nru P27010010 u tikkonstata li l-Kummissjoni għandha tħallas lura s-somma ta' EUR 1 060 560.56;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż;

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni.

Billi adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma kkondividiet mar-Repubblika tal-Litwanja il-piż tat-telf fl-amministrazzjoni tal-fondi SAPARD jew, fi kwalunkwe każ, mingħajr lanqas ma eżaminat dik il-kwistjoni u mingħajr ma pprovdiet l-ebda raġuni għal dak ir-rifjut li tikkondividi l-piż tal-imsemmi telf, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1258/1999 2, moqri flimkien mal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Nru 1605/2002 4, l-Artikolu 87 tar-Regolament Nru 2342/2002  u l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali sanċit fl-Artikolu 4(3) TUE.

Billi naqset milli tinforma, tempestivament, lir-Repubblika Litwana dwar il-possibbiltà ta' annullament tad-dejn u ta' tħassir tal-impriża kkonċernata mil-lista ta' debituri, il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjoni relatata mal-konsultazzjoni reċiproka li tinsab fil-punt 7.7.4 tat-taqsima F, tal-ftehim ta' finanzjament multi-annwali konkluż fl-2001 bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u l-Kummissjoni Ewropea abbażi tal-programm speċjali ta' adeżjoni għall-agrikolutura u l-iżvilupp rurali (SAPARD) , kkunsidrata fid-dawl tal-prinċipju ta' kooperazzjoni sanċit fl-Artikolu 4(3) TUE.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414).

2 - Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta' Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

3 - Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).

4 - Valstybės Žinios, 2001, n° 74-2589.