Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2015 – Trentea vs FRA

(Kawża T-107/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura u ta’ ħatra ta’ kandidat ieħor – Aggravju li tqajjem għall-ewwel darba fis-seduta – Żnaturament tal-provi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kontestazzjoni tal-kundanna għall-ispejjeż”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Cornelia Trentea (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012, Trentea vs FRA (F-112/10, ĠabraFP, EU:F:2012:179), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.C. Trentea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fil-kuntest ta’ din l-istanza.