Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/13)1

[“Programm għall-appoġġ tal-Komunità ta’ miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi kandidati tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant (Sapard) – Finanzjament mill-Unjoni ta’ ċertu nfiq magħmul mil-Litwanja – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi li l-Litwanja tirrimborsa parti mill-ammont imħallas – Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 – Riferiment għall-prinċipji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 – Portata tal-ftehim multiannwali ta’ finanzjament relatat mal-programm Sapard – Kooperazzjoni leali”]

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, D. Skara u V. Čepaitė, aġenti)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, A. Steiblytė u G. von Rintelen, aġenti)SuġġettPrimarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni FK/fa/D(2012)1707818, tal-10 ta’ Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta’ debitu Nru 3241213460 annessa hija relatata ma’ proġetti li kellhom jitwettqu minn impriżi li fallew u mal-proġett P27010010.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 129, 4.5.2013.